Vann jinqaleb fit-Triq tal-Barrani

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun wara li vann pick-up inqaleb meta kien involut f’ħabta ma’ karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara nofsinhar qrib tat-traffic lights li jagħtu lejn Ħal Tarxien, bil-vann jispiċċa fil-ġenb tat-triq fuq il-bankina.
Il-vann kien misjuq minn raġel filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn mara.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza.
Tifla li kienet passiġġiera fil-vann ingħatat il-kura għax-xokk li sofriet.
Parti mit-triq għamlet xi ħin magħluqa.