Trakk jieħu n-nar f’San Ġiljan

Aġġornat 07:58 AM
MRTU

Trakk ħa n-nar f’San Ġiljan.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm fl-inħawi ta’ Pendergardens. Żiedet tgħid li fuq il-post hemm pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

It-trakk kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena minn Ħad-Dingli. Hu laħaq ħareġ mit-trakk u b’hekk ma sofra l-ebda ġrieħi.