Vann jieħu n-nar f’Ħaż-Żabbar

Dalgħodu vann ta' lewn aħmar ħa n-nar f'Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.45 ta' dalgħodu fi Triq Leonardu.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru immedjatament fuq il-post biex jitfu n-nirien.Ir-raġuni għadha mhix magħrufa. 
Fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.  
Ritratt: Beppe Camilleri