Aġġornata: 6 anzjani jweġġgħu f’ħabta fiż-Żejtun

Sitt anzjani ttieħdu Mater Dei wara inċident tat-traffiku fiż-Żejtun li fih kien hemm involut vann tal-passiġġieri.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45pm, u minn ritratt li bagħtu sorsi lil Newsbook.com.mt, jidher li l-vann baqa’ dieħel f’ħajt fi Triq il-President Anton Buttigieg.
Persuna li inzertat fl-inħawi fil-ħin tal-inċident u hija infermiera tat l-ewwel għajnuna.
Filwaqt li persuna minnhom ma ġarrbet ebda ġrieħi, erbgħa oħra sofrew biss ġrieħi ħfiief.
Il-kundizzjoni ta' persuna waħda għadha mhix magħrufa.
Ritratt fuq info@newsbook.com.mt