Vann jaħbat f’siġra; raġel l-isptar

Raġel ittieħed l-isptar wara li l-vann li fih kien passiġġier ħabat ma’ fergħa ta’ siġra fir-Rabat.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar kien passiġġier fil-vann misjuq minn raġel ta’ 51 miż-Żurrieq, meta laqat fergħa ta’ siġra.
Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ fl-12:30pm.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet lir-raġel Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.