Aġġornata: Żagħżugħ iweġġa’ wara li skiddja b’vann

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara ġarrab ġrieħi ħfief wara li skiddja bil-vann tiegħu fil-Marsa.
L-inċident seħħ ftit wara l-11 ta’ filgħodu fi Triq Aldo Moro, meta ż-żagħżugħ kien qed isuq fid-direzzjoni tal-Belt.
Kawża ta’ dan l-inċident, il-vann spiċċa għalaq żewġ karreġġjati.
Ritratt: Media Police