Vanġelu li għandu ħafna tifsiriet interessanti

Fr Louis Mallia

Antonella Galea Loffreda apparti lil Fr Louis Mallia mssp li huwa l-mistieden residenti se jkollha wkoll lil Elisa Saliba biex tiddiskuti is-suggetti li joħorġu mill-Evanġelju li jkun ser jinqara s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd fil-knejjes tagħna.

L-Evangelju skont San Mattew.  Min hu l-għarus li l-għaxar xebbiet qed jistennew bil-ħerqa? Min huma l-għaxar xebbiet boloh li ma kellhomx żejt fil-kus?  Vanġelu li għandu ħafna tifsiriet interessanti.  Żgur li kull wieħed u waħda minna nistgħu nqabblu lilna nfusna ma xi waħda mix-xebbiet. 

Insiru nafu aktar dwar il-kitieb dwar Dun Karlu Manche’ miktub minn Robert Aloisio.

Maria Galea Farrugia taqra l-Evanġelju u anke t-talba tal-aħħar miktuba minn Fr Louis Mallia mssp. 

Il-produzzjoni hi ta’ CPI media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Il-Kelma jixxandar illum is-Sibt 7 ta’ Novembru fil-5.30pm b’repetizzjoni l-Ħadd fil-11.30am fuq ONE.