Vanessa Bryant b’messaġġ emozzjonali f’jum San Valentinu

Vanessa Bryant qasmet messaġġ emozzjonali f’jum San Valentinu, indirizzat lil Kobe. Hija qalet li tħobbu wisq!

Spjegat kif qed timmisjah ħafna u li se tibqa’ tħobbu għal dejjem. Flimkien ma’ dan il-messaġġ lil-leġġenda ta’ Lakers, Vanessa tellgħat ukoll ritratt tat-tnejn li huma bid-diska ta’ Lauryn Hill – Tell Him, għaddejja fl-isfond.

Hija spiċċat il-messaġġ billi bagħtet il-bews kemm lil Kobe kif ukoll lil bintha Gianna u awguratilhom il-jum San Valentinu t-tajjeb.

Lejn l-aħħar tax-xahar li għadda Vanessa kienet għaddiet l-ewwel kummenti tagħha mindu l-inċident li kien involut fih ir-raġel tagħha u bintha ta’ 13-il sena. F’post fuq Instagram li kien jinkludi ritratt tal-familja kollha, hi qalet li tinsab iddispjaċuta ferm. Stqarret li ma għandiex biżżejjed kliem biex tesprimi l-uġigħ li qed tħoss.