Vandaliżmu fil-Park tal-Majjistral; appell biex jinstabu l-vandali

Il-Majjistral Nature and History Park / Facebook

Fl-aħħar jiem sar vandaliżmu fil-Park tal-Majjistral billi ġew sprejjati vleġeġ ħomor mal-art, fuq il-ġebel u fuq il-ħitan tas-sejjieħ.

Fuq Facebook, Il-Majjistral Nature and History Park avżaw li dan hu illegali, u dan l-aġir ġie rappurtat lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u lill-Pulizija. Min jinqabad jista’ jeħel multi għoljin.

Issoktaw jgħidu li dan hu att illegali billi biex isiru attivitajiet fil-Park, irid jinħareġ permess sabiex ma jintrifsux xi pjanti selvaġġi jew annimali li joqogħdu hemmhekk, u anke billi l-isprej jista’ jagħmel il-ħsara lill-ispeċi li jgħixu fil-park minħabba l-kimiċi li fih. Il-materjal li jintuża biex jitneħħa l-isprej jista’ jikkawża aktar ħsara minħabba l-kimiċi tossiċi.

We have recently become aware of red arrows being sprayed on the ground, on stones and on rubble walls at and outside of…

Posted by Il-Majjistral Nature and History Park on Wednesday, August 19, 2020

Apparti dan, b’aġir bħal dan, il-pajsaġġ qed jiġi rrovinat b’sinjali li m’għandhomx ikunu hemm, u li jtellfu lil min iżur il-park minn sbuħitu.

L-attivista Cami Appelgren għamlet appell biex kull min għandu xi informazzjoni dwar min qed jagħmel hekk f’postijiet bħall-Park tal-Majjistral u Fomm ir-Riħ jitkellem.

Want to enjoy nature, learn how to find your way without adding ILLEGAL arrows for God’s sake 🤬. ‼️Majjistral Park,…

Posted by Cami Appelgren on Thursday, August 20, 2020

In-nies li jieħdu ħsieb il-Park tal-Majjistral għamlu appell lill-pubbliku biex jgħinhom jieħdu ħsiebu. Min jilmaħ xi sinjali bħal dawn fil-pajsaġġ għandu jikkuntattja lill-Majistral Nature and History Park fuq Facebook.