Vandaliżmu fil-Ġardina tal-Paċi fil-Mosta

Ġiet ivvandalizzata l-Ġardina tal-Paċi fil-Mosta, li ġiet inawgurata erba' xhur ilu.
Il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali flimkien maċ-Ċentru Leap tal-Qawra u l-Kunsill Lokali tal-Mosta qed jikkundannaw dan il-vandaliżmu.
Din il-ġardina kienet irrinovata bil-fondi li l-Kunsill Lokali tal-Mosta rċieva mill-Ministeru għall-Ambjent.
Il-Kunsill f’ħidma maċ-Ċentru Leap tal-Qawra, ħawwel 30 siġra taż-żebbuġ biex iwassal l-utilità tal-paċi fil-komunità.
L-att vandalu jikkuntrasta l-att pożittiv li l-Ministeri, iċ-Ċentru Leap tal-Qawra, il-Kunsill Lokali tal-Mosta u ż-żgħażagħ għamlu biex jagħtu dehra isbaħ lill-ambjent u jħallu monument ħaj f’post pubbliku.
Għaldaqstant, iċ-Ċentru Leap u l-Kunsill Lokali qed jappellaw lill-persuni responsabbli għal din l-azzjoni biex jirritornaw is-siġar lill-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Jappellaw lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan l-att biex jagħmel kuntatt mal-pulizija immedjatament.