Van jinħakem min-nirien qrib il-grawnd f’Ta’ Qali

Ħadd ma’ weġġa’ meta van Toyota inħakem min-nirien. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.15pm qrib il-Grand Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Għadu mhux magħruf x’wassal biex il-van ħa n-nar. In-nirien wasslu biex karozza Skoda wkoll ġarrbet xi ħsarat.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ssejħu fuq il-post, irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien. 

Il-Maġistrat tal-Għassa qed imexxi inkjesta filwaqt li l-pulizija qed tinvestiga l-każ.