Van Gaal għal mat-tim nazzjonali Taljan?

Minkejja li Carlo Ancelotti huwa favorit li jsir il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Taljan, l-istazzjon sportiv Sky Sport UK għadu kemm ħabbar li l-eksmanager ta’ Ajax u Manchester United, Louis Van Gaal, qed jiġi msemmi li jieħu din il-kariga.
L-istess stazzjon semma’ wkoll li barra l-Italja hemm ukoll l-Istati Uniti fost il-federazzjonijiet li jridu s-servizzi tiegħu.
Sadanittant, meta kien qed jitkellem fuq Dutch TV, il-kowċ Olandiż tenna li rċieva diversi offerti, u waħda minnhom qed isibha diffiċli li jirrifjutaha.
Tgħid din l-offerta tista’ tkun li jmexxi t-tim nazzjonali Taljan, jew hija biss spekulazzjoni?