Van Dijk u l-Ingliża Bronze jirbħu l-akbar unur tal-Uefa

Il-plejer Ingliża Lucy Bronze irnexxielha tirbaħ il-Uefa Women’s Player tas-sena, filwaqt li Virgil van Dijk ta’ Liverpool irnexxielu jirbaħ l-istess titlu għall-irġiel. Bronze irnexxielha tirbaħ lil Ada Hegerberg u Amandine Henry.

Id-difensur Van Dijk għen lit-tim tiegħu Liverpool jegħleb lil Tottenam 2-0 fil-finali taċ-Champions  League f’Madrid f’ġunju li għadda. Van Dijk li għandu 28 sena irnexxielu jirbaħ lil Lionel Messi u lil Christiano Ronaldo.

Hu sar l-ewwel difensur li rebaħ dan l-unur mindu saret l-edizzjoni ta’ inawgurazzjoni lura fl-2011. Bejn dawn iż-żewġ avvenimenti Messi u Ronaldo irnexxielhom jirbħu bejniethom ħames minn tmien unuri. Fl-2012 kien rebaħha Andres Iniesta, fl-2013 rebaħha Franck Ribery u fl-2018 rebaħha Luka Modric.