​Van Dijk lest li jiffirma ma’ Liverpool

Jidher illi Liverpool laħqu ftehim ma’ Southampton biex jakkwistaw lid-difensur Virgil Van Dijk skont dak li ntqal fl-edizzjoni tal-bieraħ tal-ġurnal The Sunday World.
Ir-Reds kienu ilhom għaddejjin bit-trattativi sa mis-sajf illi għadda iżda ma rnexxielhomx jilħqu ftehim biex il-plejer Olandiż jilbes il-flokk aħmar tagħhom.
Sa fl-aħħar id-diriġenti tat-tim illi jilgħab f’AnfieldRoad laħqu ftehim ta’ £70 miljun ma’ Southampton illi ser titħallas sabiex minn Jannar illi ġej Van Dijk ikun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Jurgen Klopp.
Liverpool irnexxielhom ixejnu l-isfida tar-rivali Manchester City u Chelsea li wkoll xtaqu s-servizzi ta’ dan il-plejer.
Van Dijk ser ikun qed isaħħaħ id-difiża tar-Reds illi xi kultant dehret ferm vulnerabbli fl-ewwel partiti tagħhom fil-Premier League Ingliż.