Van Dijk fost is-7 ta’ Liverpool magħżula għall-ballun tad-deheb

Virgil van Dijk hu wieħed mis-seba’ plejers ta’ Liverpool li ġew imsemmija fil-lista ta’ 30 persuna li huma fiċ-ċans li jirbħu l-Ballun tad-Deheb tal-2019.

Mohamed Salah, Sadio Mane, Roberto Firmino, Trent Alexander-Arnold, Georginio Wijnaldum u Alisson intagħżlu fil-lista min-naħa ta’ Liverpool.

Ħames plejers ta’ Manchester City – Raheem Sterling, Riyad Mahrez, Kevin de Bruyne, Bernardo Silva u Sergio Aguero – għamluha wkoll mal-lista. U Hugo Lloris u Son Heung ta’ Tottenham ukoll għamluha mal-lista.

Cristiano Ronaldo u Lionel Messi, li rebħu l-unur 10 darbiet bejniethom, reġgħu intgħażlu mill-ġdid.