Van Der Viel jingħaqad ma’ Cagliari

ll-klabb mis-Serie A Cagliari kisbu akkwist prestiġjuż wara li l-Olandiż Gregory Van derWiel ingħaqad magħhom.
Dan huwa difensur ta’ esperjenza u l-istaġun li għadda kien qed jilgħab mal-ġganti Torok Fenerbahce.
Huwa kellu wkoll esperjenzi ma’ Ajax u anke Paris St Germain u huwa l-ewwel plejer Olandiż li qatt libes il-flokk tal-klabb minn Sardinja. 
Il-kowċ ta’ Cagliari Massimo Rastelli kien ferm kuntent li t-tim tiegħu rnexxielu jakkwista plejer ta’ kwalità li se jgħin mhux ftit lid-difiża li kienet xi ftit vulnerabbli fl-ewwel ħarġa tagħhom fil-kampjonat meta tilfu kontra Juventus bl-iskor ta’ 3-0.