Valletta uffiċjalment inkurunati Champions

It-tim ta’ Valleta llejla ġew uffiċjalment inkurunati champions tal-futbol Malti. F’partita li ntemmet fi dro ta’ 1-1, il-Beltin kienu dejjem assikurati mir-rebħ tal-Kampjonat, hekk kif iż-żelqa ta’ Hibernians kontra Birkirkara kienet diġà għamlet lit-tim Belti matematikament rebbieħ tal-Kampjonat.
Kienu Valletta li fetħu l-iscore fis-60 minuta, b’Hibs jiksbu d’dro ħames minuti wara fil-65 minuta. Għall-Belt skurja Federico Falcone filwaqt li għall-Hibs, li temmew il-Kampjonat fit-tieni post, ġab id-dro Marcelo Dias.
Fi tmiem il-partita, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, ippreżenta it-tazza lit-tim Belti, fost l-ewferija tal-partitarji preżenti. Illejla huma mistennija ċelebrazzjonijiet kbar fit-toroq tal-Belt Valletta.