​Valletta u Sliema fil-finali

Fl-ewwel semifinali li kellna Valletta għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0.
Minkejja li kienet ovvja li Valletta se jagħmluha għall-finali, Gzira offrew oppożizzjoni denja matul il-logħba kollha.
Il-Beltin marru minn fuq fit-23 minuta meta xutt b’saħħtu ta’ Hamza Barry kien milqugħ parzjalment mill-gowlkiper Kyle Gerada u mir-rebound Edmond Agius tefa’ l-ballun fix-xibka.
Disa’ minuti mit-tmiem tal-partita Gzira United spiċċaw bi plejer inqas meta tkeċċa Moises Avila Perez.
Fid-90 minuta is-sostitut żagħżugħ Llywelyn Cremona skurja l-ewwel gowl bil-flokk Belti u qata’ l-biljett għal Valletta fil-finali.
Fit-tieni semifinali, Sliema Wanderers għamluha għall-finali bl-uniku gowl li wasal fl-aħħar ħin tal-partita mingħand Ivan Woods.
Sliema Wanderers l-aħħar li kienu fil-finali kien fl-2009 meta kienu rebħu lil Valletta bl-iskor ta’ 7-6 wara l-għoti tal-penalties.
F’din il-finali Sliema u Valletta kienu spiċċaw fi dro ta’ 3-3 wara d-90 minuta.