Valletta u Birkirkara jikkuntentaw bi dro

Dro ta’ mingħajr gowls imma mhux mingħajr azzjoniijet interessanti bejn il-liders Birkirkara u Valletta.
Kienet logħba ferm bilanċjata mill-bidu sal-aħħar.
Fl-ewwel taqsima Birkirkara kienu aktar dominanti imma fit-tieni taqsima Valletta tjiebu ħafna.
Għalhekk Birkirkara jibqgħu żewġ punti fuq Valletta f’ras il-klassifika taċ-Championship Pool.

Rabat vs Floriana 0-5
Fl-ewwel logħba li kellna llum mir-Relegation Pool, Floriana ġabu fix-xejn lil Rabat Ajax bl-iskor ta’ 5-0.
Wara biss tliet minuti, Floriana fetħu l-iskor permezz ta’ xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ta’ Steve Pisani.
Ħames minuti wara kien il-Brażiljan Igor Coronado li daħal fil-kaxxa u venven xutt minn fuq ix-xellug li għeleb għal kollox il-gowlkiper Rabti Jonathan Azzopardi.
Wara kwarta logħob salvataġġ sabiħ tal-gowlkiper Furjaniż Daniel Handford minn frikik ta’ Diego Carillo Pendaz.
Żewġ minuti wara kien il-gowlkiper Rabti li salva ballun tajjeb u perikoluż minn daqqa ta’ ras ta’ Ibok Edet.
Wara biss 25 sekonda mill-bidu tat-tieni taqsima għal Rabat tkeċċa Ryan Micallef.
Fit-80 minuta twaqqa’ Andre Scicluna fil-kaxxa u minn penalti Gary Muir għamilhom 3-0.
Fid-90 minuta kien il-Brażiljan l-ieħor Diogo Pinheiro de Souza li għamilhom 4-0 minn tqassima tal-Brażiljan sieħbu Coronado.
Fil-minuta ħin miżjud, reġa’ kien Diogo Pinheiro de Souza li ssiġilla r-rebħa ta’ 5-0 għal Furjaniżi.

Mill-logħob li kellna lbieraħ mill-kampjonat premier:
Naxxar Lions ħadu punt importanti fid-dro ta' 3-3 ma’ Vittoriosa Stars.
Hibernians għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-1.
Mosta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 4-2 biex baqgħu fir-raba’ post.
Rebħa tajba għal Tarxien Rainbows fuq Qormi bl-iskor ta’ 4-0.