Valletta Subbuteo Club jirbħu s-16-il kampjonat

Valletta Subbuteo rebħu s-16-il kampjonat fl-istorja tagħhom u t-tazza tan-Knock Out biex b’hekk reġgħu rebħu d-double għat-tieni sena konsekuttiva. Il-kompetizzjoni kienet organizzata mill-Malta Table Football Sports Association.

Il-kompetizzjoni saret ġewwa l-każin tal-banda ta’ San Ġorġ f’Bormla.

Valletta Subbuteo Club irnexxielhom jiksbu 16-il punt minn ħames rebiet u draw waħda. Bormla SC spiċċaw fit-tieni post b’total ta’ 13-il punt, u warajhom fit-tielet post spiċċaw Valletta Lions TFC.

Fis-semi finali tan-knock out Bormla SC għelbu lil Ħ’Attard SC bl-iskor ta’ 4-0. Fit-tieni semi-finali Valletta SC għelbu lil Valletta Lions TFC bl-iskor ta’ 4-0. B’hekk il-finali ntlagħbet bejn Bormla u Valletta, fejn tal-aħħar rebħu bl-iskor ta’ 4-0.It-tim ta’ Valletta kien kompost minn Samuel Bartolo, Mark Gauci, Derek Conti, Mario Camilleri, Andrew Abela, Joseph Borg Bonaci u Angelo Borg.