Valletta jinqalgħu mill-UEFA Europa League b’telfa kontra Utrecht

UEFA Europa League
It-Tieni Rawnd Preliminari – It-Tieni Leg
Utrecht FC 3
Valletta 1

Valletta sfaw eliminati mill-UEFA Europa League wara li fl-Olanda sofrew telfa ta' 3-1 kontra Utrecht.
Minkejja t-tamiet li setgħu jagħmluha għat-tielet rawnd preliminari wara d-dro ta' 0-0 tal-ġimgħa l-oħra f'Kordin, il-Beltin sabu għadma ferm iżjed iebsa f'dan it-tieni leg barra minn darhom.
Filfatt l-ospiti kienu b'saħħithom u żammew il-kontroll sa mill-bidu tal-logħba u fetħu l-iskor wara 18-il minuta, b'xutt sabiħ mill-ewwel ta' Sean Klaiber wara clearance qasira mid-difiża ta' Valletta.
Utrecht għamluhom tnejn kwarta mit-tmiem, meta Willem Janssen għola bir-ras u tefa' fix-xibka minn korner mil-lemin, u Zakaria Labyad issiġilla r-rebħa ta' Utrecht seba' minuti mit-tmiem b'xutt bid-dawra mix-xellug.
Valletta rnexxielhom inaqqsu d-distakk żewġ minuti mit-tmiem, permezz ta' Santiago Malano.