Valletta fost l-20 belt għat-titlu tal-aqwa destinazzjoni Ewropea

Il-Belt Valletta tinsab mal-għoxrin nomina għat-titlu tal-aqwa destinazzjoni Ewropea 2015.
Il-votazzjoni għall-pubbliku li fetħet illum se ddum miftuħa għall-tliet ġimgħat sal-10 ta’ Frar.
L-aqwa destinazzjoni Ewropea hi l-ħsieb wara organizzazzjoni Ewropea ibbażata fi Brussell li tippromwovi t-turiżmu fl-Ewropa.
Minbarra l-belt rebbieħa, tingħata promozzjoni lill-aqwa għaxart ibliet skont il-ġudizzju tal-pubbliku.
Id-destinazzjoni li tirċievi l-akbar ammont ta’ voti tkun tista’ tuża t-titlu u l-logo tal-aqwa destinazzjoni Ewropea fuq ir-riklami u l-websajts tagħha.
Fl-2014, Porto, it-tieni l-akbar belt fil-Portugal rebħet dan it-titlu u ibbenefikat minn €10 miljun ta’ pubbliċità b’xejn madwar l-Ewropa.
Biex tivvota għall-Belt Valletta bħala l-aqwa destinazzjoni Ewropea tista’ żżur www.ebd2015.com.