Valletta FC jiftehmu ma’ investituri minn Dubaj

Historical deal for Valletta Football Club

Posted by Valletta Football Club on Monday, September 24, 2018

It-tim tal-futbol tal-Belt Valletta ffirma ftehim ma’ investituri minn Dubaj, li wegħdu li t-tim għad jasal saċ-Champions’ League.

F’filmat li xerred it-tim fuq Facebook, il-President tat-tim, Victor Sciriha, qal li dan hu ftehim storiku li qatt ma stennew li se jiġri, li hu mistenni li jġib affarijiet kbar għat-tim ‘il quddiem.

Ħafna kienu dawk li kkummentaw b’messaġġi pożittivi u ta’ eċċitament għall-futur tat-tim fuq il-filmat fuq Facebook.