Valletta FC champions għat-23 darba

Valletta FC huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Premier.
Wara li ftit minuti ilu Hibernians tilfu kontra Birkirkara 2-1, il-Belt Valletta reġgħu saru ċ-Champions għat-23 darba.
Kienu Birkirkara li fetħu l-logħba fl-40 minuta b’gowl ta’ Vito Plut.
Biex fid-59 minuta Andrew Cohen ġab id-draw għal Hibernians.
B’Edmond Agius itemm il-logħba b’rebħa għal Birkirkara b’gowl fid-90 minuta.
Ilbieraħ Valletta FC rebħu 2-1 kontra Balzan.
Valletta FC jinsabu fil-quċċata tal-klassifika bi 52 punt u jsegwuhom il-Hibernians b’48 punt.
Dan ifisser li Valletta FC ma jistgħu jintleħqu mill-Hibernians fl-aħħar logħba tal-istaġun nhar is-Sibt li ġej.
Valletta FC kienu rebħu l-Kampjonat 2013-2014.