Valletta 2018 tasal fi tmiemha bl-‘aħħar festa’

Ilbieraħ intemmu uffiċjalment iċ-ċelebrazzjonijiet għat-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura Valletta 2018, bl-“aħħar festa”.

It-titlu issa jgħaddi għand il-Belt Olandiża Lee-u-varden, dik Taljana ta’ Matera u Plovdiv fil-Bulgarija.

Fl-aħħar 12-il xaħar il-kumitat organizzattiv Valletta 18 tella’ diversi attivitajiet tal-massa fil-Belt, bil-ftuħ uffiċjali tal-20 ta’ Jannar, l-avveniment li attira l-akbar folla.

Saru numru ta’ proġetti infrastrutturali li issa se jibqgħu bħala legat għal dan it-titlu, ewlieni fosthom hu l-Mużew tal-Arti – il-MUŻA b’investiment ta’ €10 miljun li lbieraħ infetaħ b’xejn għall-pubbliku.