Valerie tagħlaq sninha

Illum qed tiċċelebra għeluq l-44 sena tagħha l-preżentatriċi magħrufa Valerie Vella. Twieldet bħal-lum fl-1976.

B’karriera ta’ aktar minn 25 sena fil-qasam tax-xandir hija bdiet bħa;a continuity announcer fuq TVM u fis-snin ta’ wara bdiet tippreżent bosta programmi televiżivi fosthom Ġenn u kienet tifforma parti mit-tim ta’ Xarabank kif ukoll ilhom bosta snin tieħu sehem fil-maratona ta’ L-Istrina.

Valerie kienet għal bosta snin imdaħħla fil-Eurovision meta kienet il-Head of Press tal-bord tal-Malta Song kif ukoll ikkummentat bosta edizzjonijiet tal-Eurovision u anki qrat il-voti għal Malta.

Dan apparti li ppreżentat tlett darbiet il-finali tal-Malta Song For Europe.

F’dawn l-aħħar snin konna rajnieha fi programmi televiżivi oħra bħal Ilsien in-Nisa. Sensilhena, kif ukoll Malta u lil Hinn Minnha.

Awguri Valerie!