Valentina x’se ttiha lil Silvia?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm Martha terġa’ tmur għand Etienne biex tibda x-xogħol. X’se tgħidilhom dwar kif kellha titħallas?

Valentina reġgħet tiltaqa’ ma’ Silvia. X’se terġa ttiha? U x’se tgħidilha dwar Karl? Min hemm hemm jissemma’ kollox?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Repetizzjoni tal-episodju tal-lum tixxandar għada fl-10.15am.