Valentina x’se tgħidlu lil Karl dwar il-flus li naqsu?

Fid-90 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa li se jixxandar illum fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, Martha tistaqsi lil Frankie dwar missieru. Xi trid tkun taf? Kif qed iħossu John u Jamie kif se tikkunslah?

Valentina x’se tgħidlu lil Karl dwar il-flus li kienu naqsu mill-kumpanija? Tgħid hemm raġuni għaliex Valentina kienet għamlet dak li kienet għamlet minħabba Karl?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.