Valencia jsegwu b’interess lil Andreas Pereira

Valencia qed isegwu b’interess il-progress tal-midfielder ta’ Manchester United Andreas Pereira. L-aġent ta’ dan il-plejer mar fi Spanja sabiex jiddiskuti l-futur tal-plejer ta’ 22 sena li fadallu sena oħra fil-kuntratt mal-United. Min-naħa tiegħu Pereira jinsab favorevoli li jingħaqad mat-tim Spanjol.