Valdano jikkritika lil Bale

L-eks kowċ ta' Real Madrid Jorge Valdano meta tkellem fuq ir-radju Spanjol Onda Cero ikkritika bil-qawwi lill-plejer minn Wales Gareth Bale għall-wirja fqira illi kellu fid-derby ta’ Madrid kontra Atletico. 
Huwa qal illi dak li għamel f’dawn l-aħħar xhur l-attakkant Brittaniku lanqas jiswa lira sterlina aħseb u ara €100 miljun kemm huwa l-prezz tiegħu bħalissa.