V18 u grupp ta’ artisti jilħqu ftehim għal 3 snin

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 u grupp ta’ artisti, Open Works Lab, laħqu ftehim ta’ tliet snin li matulhom iwettqu proġett flimkien bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Il-ftehim ikopri r-riċerka, il-kollaborazzjoni u l-qasam tal-patrimonju kulturali b’attivitajiet li jħallu impatt mil-lat innovattiv u li jdumu għal perjodu twil ta’ żmien.
Is-sensiela ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi se ġġib l-isem ta’ Quintessence. Wara Open Works Lab hemm il-kompożitur u mużiċist magħruf Renzo Spiteri, id-drammaturga u akkademika Giuliana Fenech u l-maniġer kulturali Gaby Giacchino.