Użu illegali tas-sistema tad-drenaġġ f’Għawdex – WSC

drenaġġ illegali Għawdex
Arkivji

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qalet li kien hemm użu illegali mhux domestiku tas-sistema tad-drenaġġ f’Għawdex, liema att seta’ poġġa lill-ħaddiema tal-korporazzjoni f’riskju.

Fi stqarrija, il-WSC qalet li l-inċident seħħ tard waranofsinhar f’Għawdex. Dan wassal għal tnaqqis drastiku fil-livell tal-ossiġnu fiż-żewġ bioreactors tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta’ Għawdex. Il-korporazzjoni qalet li l-produzzjoni tan-New Water ġiet sospiża sa għada filgħodu. Spjegat li atti bħal dawn huma atti kriminali li jistgħu jwasslu għall-ħsara li tlaħħaq l-eluf ta’ Ewro.

Il-WSC fakkret li ħmieġ uman u toilet paper degradable biss għandhom jintefgħu fis-sistema tad-drenaġġ.