Użaw visas foloż; jinżammu arrestati

Tlett irġiel inżammu taħt arrest talli ppruvaw jidħlu f’Malta b’visas foloz.

Fil-Qorti, iż-żewġt irġiel minn Sierra Leone ta’ 26 u 25 sena u raġel ta’ 30 sena mill-Eritrea wieġbu li ma kienux ħatja. Huwa waslu Malta minn Moska lbieraħ. L-irġiel ġew akkużati li użaw visas Ġermaniżi li kienu jafu li huma foloz.