Użat passaport falz; tinżamm taħt arrest

Mara mis-Sirja li kienet fittxet ażil fit-Turkija nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata b’pussess, b’iffalisifikar u b’użu ta’ passaport falz. Hi kienet akkużata li għamlet dikjarazzjonijiet foloz lill-uffiċjali prinċipali tal-immigrazzjoni.

L-avukati Katrine Camilleri u Michael Camilleri li dehru għall-mara għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest. Huma ressqu diversi argumenti dwar l-ażil.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara oġġezzjoni mill-Ispettur Frankie Sammut.

Il-Qorti rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs sabiex il-mara titqies bħala persuna vulnerabbli u tingħata l-faċilità biex hi tressaq it-talba tagħha għall-ażil.