Uża tal-Linja u ipparteċipa f’kompetizzjoni

Arkivji

Il-Malta Public Transport (MPT) qed tniedi kompetizzjoni għal dawk kollha li jużaw is-servizzi tat-trasport pubbliku jiġifieri tal-linja, il-vapur u t-Tallinja Bike.

Fi stqarrija l-MPT spjegat li biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni kull ma trid tagħmel huwa li tittegja @tallinja fir-ritratti fil-Facebook u fl-Instagram u tuża’ l-hashtag #mixandmove. L-aqwa ritratti jirbħu l-kompetizzjoni.

L-MPT spjegat li min jirbaħ se jingħata l-użu tal-karozzi tal-linja b’xejn għal sena u tablet li tiswa €300.

Rigward it-Tallinja Bike, l-MPT irrimarkat li din tista’ tkun attivata permezz tat-Tallinja card u s-servizz diġà beda jintuża min-numru ġmielu ta’ nies.