Uża l-flus tal-kumpanija għall-vantaġġi tiegħu; jinżamm arrestat

Raġel ta’ 33 sena mis-Slovakkja deher quddiem il-qorti fuq akkuża li uża flus ta’ kumpanija li kien qed jaħdem magħha b’mod mhux aċċettabli.

Hu ġie akkuża li għamel użu ħażin minn flus li ġew fdati f’idu u li uża isem falz biex daħak b’terzi persuni. Skont sorsi oħra tal-midja, l-Islovakk inqabgħad jagħmel spiża ta’ madwar €10,000.

L-avukat tad-difiża talab il-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni ma aċċettatx għax qalet li l-akkużat m’għandu xejn li jorbtu ma’ Malta u hu aktar faċli li jaħrab mill-pajjiż.