Urugan iħalli ħerba fil-Greċja; tnejn mejta

Reuters

Mill-inqas żewġ persuni nqatlu wara li “medicane” – uragan rari tal-Mediterran – ikkawża ħsarat kbar fil-Greċja.

Fil-filmati fuq il-midja soċjali dehru mewġ enormi jgħattu l-bajjiet fil-gżejjer ta’ Kefalonia u Zakynthos nhar il-Ġimgħa. It-titjiriet u s-servizzi tal-laneċ ġew ikkanċellati u t-turisti ġew avżati biex jibqgħu ġewwa.

Anzjana nstabet mejta f’dar mgħarrqa f’Farsala u l-katavru ta’ raġel ta’ 63 sena nstab ħdejn sptar f’Karditsa.

Hekk kif il-maltempata mxiet lejn il-lvant matul il-lejl, il-belt ta’ Karditsa fit-tramuntana ta’ Ateni kienet nħakmet minn irjieħ sa 120km/siegħa. Ritratti juru bosta siġar imwaqqgħin u arbli tad-dawl imwaqqa’ bis-servizz maqtugħ.