Urugan Florence: Trump iwiegħed l-għajnuna finanzjarja tal-Gvern

REUTERS/Leah Millis

Il-President tal-Amerka Donald Trump wiegħed li l-Gvern se jgħin finanzjarjament fil-konfront tal-urugan Florence, li mistenni jolqot il-kosta ta’ Carolina dil-ġimgħa.

Il-President qal lill-ġurnalisti fil-White House li ma jimpurtax kemm se tiswa flus; dak kollu li jista’ jsir, se jsir. Sostna wkoll li huma “kompletament preparati” għall-urugan Florence.

Trump kien affaċċja ħafna kritika wara l-urugan Maria fl-2017, urugan li kien qatel daqs 3,000 persuna fi Puerto Rico, u qata d-dawl lill-3.4miljun abitant, b’eluf li damu bla dawl sa’ 6 xhur wara li ġrat il-maltempata. Is-Sindku ta’ San Juan, il-kapital ta’ Puerto Rico, kien qal lis-CNN li l-azzjoni tal-Gvern fil-konfront tal-maltemp fi Puerto Rico ma kienx sodisfaċenti, tant li qal li abbandunahhom.