Urugan fil-Mediterran; maltemp kbir fi Sqallija

Fl-aħħar ħin il-Protezzjoni Ċivili fi Sqallija ħarġet yellow alert fuq iż-żoni kostali kollha ta’ Sqallija u Sardinja minħabba l-possibiltà ta’ urugan fil-Mediterran u maltempata tropikali fi Sqallija.

Dan il-fenomenu qed jiġi identifikat bħala Medicane, u jseħħ darba kull tlieta jew erba’ snin.

Il-maltempata tropikali mistennija tiħrax għada u l-Ġimgħa bejn il-Baħar Tirrenju u l-Kanal Sqalli. Dan il-fenomenu rari jista’ jħalli ħsarat kbar fuq il-gżejjer minħabba r-riħ qawwi, maltempati ħorox u xita b’saħħitha.