L-Arċisqof iħeġġeġ għal solidarjetà mal-immigranti

Waqt l-omelija fl-okkażżjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt, l-Arċisqof Charles Scicluna għamel appell imqanqal biex il-kattoliċi Maltin juru solidarjetà ma min jinsab fuq il-baħar Mediterran. Fl-istess nifs iżda, talab li Malta titlob hi ukoll, li pajjiżi oħra juru solidarjetà magħha. Huwa qal li l-pajjiż għandu bżonn jara li kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu flimkien ma Malta.

B’referenza għall-kwistjoni taħraq tal-kenn ta’ l-immigranti li jisfgħu bejn sema u ilma, l-Arċisqof qal li l-poplu Malti għandu juri solidarjetà iżda pajjiżi oħra għandhom jagħtuna daqqa t’id sabiex, bil-ftit sforz minn kulħadd, l-isfida tintrebaħ. Huwa talab l-interċessjoni tal-Madonna biex il-Maltin ma jaqtgħux qalbhom quddiem din l-isfida u ma jwebbsux qalbhom, iżda ikunu ċari fit-talba tagħhom għall-għajnuna.