Urtati li l-ġar biddel id-dar f’santwarju illegali tal-annimali

Quddiem il-Qorti dalgħodu deher , li qed ikun mixli li biddel daru f’santwarju illegali tal-annimali.
Il-ġirien u r-residenti ta’ Triq San Franġisk fil-Marsa, qed jakkużawh ukoll li ħammeġ it-triq, li jkisser il-paċi pubblika u anke li jħalli l-klieb u l-qtates jinbħu u f’kundizzjoni ħażina ta’ ndafa.

Jidher li fid-dar, iżomm xi 12-il kelb u 40 qattus li ġew abbandunati fit-triq. 
Skont ir-residenti, il-klieb jinbħu l-ħin kollu, mingħajr ma jħalluhom jistgħu jorqdu.

Il-Prosekutur Chris Debono qal li meta mar sar-residenza ta’ seta’ jinnota l-ħmieġ u l-intiena tal-annimali, tant li ma felaħx ikellmu fid-dar.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras talbet lill-Animal Welfare biex teżamina l-kundizzjoni tal-annimali.