Update għaż-żgħażagħ

Jekk int żagħżugħ ‘il fuq minn 15-il sena, iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet għandu update għalik. Kultant ħajjitna jkollha bżonn ta’ update u żmien ir-Randan huwa żmien opportun biex wieħed jagħmel dan.

Qegħdin nistiednuk għal weekend avventuruż bejn is-Sibt 23 ta’ Marzu sal-Ħadd 24 ta’ Marzu mill-5.00 pm sal 11.00 am fit-turf area, is-Seminarju, ir-Rabat. Flimkien nirriflettu, nitolbu u nikkampjaw.

Kemm minħabba l-post u l-ikel nitolbuk li tikkuntatjana mill-iktar fiss fuq info@vokazzjoni.com, il-Facebook page jew inkella l-Event page.

Fr Charlon Muscat