Up To Speed: Seminar minn EY dwar il-qagħda ekonomika f’Malta

Il-kumpanija EY Malta se ttella’ seminar bħala parti minn sejre ta’ aġġornamenti regolatorji bl-isem “Up To Speed – Tax, Financial Reporting, EU and the Economy” sabiex taġġorna lill-klijenti u lill-professjonisti fl-industrija dwar l-ekonomija Maltija, is-sistema tat-taxxa f’Malta wara l-BEPS, kif ukoll aġġornament regolatorju ġenerali. 
Din se ssir nhar il-Ħamis 24 ta’ Mejju f’The Westin Dragonara Resort f’San Ġiljan, bejn it-8:30am u s-1pm. 

Ronald Attard, Managing Partner ta’ EY Malta qal li dan is-seminar ikompli jsaħħaħ il-preżenza ta’ EY bħala dik li dejjem tkun fuq quddiem f’diskussjonijiet li jitfgħu d-dawl fuq is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ Malta, kemm fil-preżent kif ukoll għall-futur. 
L-attività hija akkreditata mis-CPE taħt l-MIA u l-parteċipazzjoni hija bi ħlas ta' €60. Wieħed imħeġġeġ jibbukkja post billi jibgħat imejl fuq debbie.schembri@mt.ey.com