UOM: Ir-riżultati tal-MATSEC se joħorġu fil-ħin

L-Università ta’ Malta qalet li żżomm mal-proċeduri u r-riżultati tal-eżamijiet tal-MATSEC li saru f’Settembru se jiġu ppubblikati sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa li ġej, 27 ta’ Settembru.

Dan minkejja li skont l-Università, in-numru ta’ studenti li japplikaw għall-eżamijiet dejjem qed jiżdied u l-bdil li jsir fir-regolamenti.

Fi stqarrija l-Università sostniet li filwaqt fis-snin ta’ qabel kienu japplikaw biss madwar 250 għall-ezami tal-Ingliż f’livell Intermedjarju f’Settembru, din is-sena kien hemm 768 persuna rreġġistrata.

Din is-sena l-eżamijiet bdew fit-30 ta’ Awwissu u spiċċaw fis-7 ta’ Settembru u kien hemm 20 ġurnata ċans biex jiġu kkoreġuti u tiġi pproċessata l-marka.