Unur għal 10 ħaddiema fil-Ministeru għal Għawdex

10 ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex ġew ippremjati għall-ħiliet, id-dedikazzjoni u l-bżulija tagħhom.  Dawn intgħażlu fost 48 nomina minn seba’ direttorati differenti.
Il-Premju għall-Aqwa Ħaddiem tas-Sena mill-Community Workers Scheme ntrebaħ minn Clayton Rapa.
Lorry Apap, Assistent Direttur, rebaħ il-premju fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp li fih kien hemm 12-il nomina.
Ir-rebbieħ tal-Ħaddiem tas-Sena fid-Direttorat ta’ Eko-Għawdex kien Teddy Mizzi. F’dan id-Direttorat ġew innominati erba’ ħaddiema.
Dr Angele Xerri Agius rebħet l-unur tal-Ħaddiem tas-Sena fi ħdan id-Direttorat għall-Implimentazzjoni ta’ Programmi.
Id-Direttorat Ġenerali kellu l-ikbar ammont ta’ nomini, 14 b’kollox u r-rebbieħ kien Philip Domenic Sammut.
Georgina Mizzi ġiet ippremjata bħala l-Ħaddiem tas-Sena għad-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi.
Michael Bajada ġie ppremjat għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi tal-Klijent.
Christopher Attard, impjegat fl-uffiċċju tas-CIO u Karen Buttigieg fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti rebħu l-unuri rispettivi.
Ir-rebbieħ  tad-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku kien Joseph Cauchi.
Fost ir-rebbieħa rispettivi, intgħażel ir-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena tal-Ministeru għal Għawdex, li kien Michael Bajada.
Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Ritratti: MGOZ