Unur doppju għal Gabriella Zahra ta’ Birkirkara

Il-midfielder ta' Birkirkara, Gabriella Zahra ntgħażlet bħala l-BOV Plejer Femminili tax-Xahar għal Settembru u Ottubru.
Zahra kellha wirjiet eċċellenti fil-qalba ta’ nofs il-grawnd ta’ Birkirkara fil-logħbiet li kellhom matul dawn ix-xahrejn, u kienet strumentali biex tiftaħ l-attakki fil-grawnd li gawdew minnhom Birkirkara.
It-tqassim perfett tagħha lil Kim Parnis, li wassal għar-rebħa ta’ 2-1 fuq ir-Raiders, huwa eżempju wieħed tal-ħiliet individwali tagħha flimkien mal-viżjoni usa’ tagħha tal-logħba.
Bernard Azzopardi, il-Maniġer tal-fergħa ta’ Birkirkara tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-BOV Plejer Femminili tax-Xahar lil Gabriella Zahra.