“Unjoni mal-Knisja bil-mezzi soċjali iżda sabiħ li nibqgħu niltaqgħu fil-knejjes” – Mons. Scicluna

Read in English.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna saħaq li filwaqt li dawk li qed isegwu x-xandiriet tal-quddies fuq il-mezzi soċjali għandhom jħossuhom unjoni mal-Knisja Kattolika, daqstant ieħor hu important li min jista’ jibqa’ jinġabar fil-knejjes biex itella’ s-sema t-talba sabiħa li nitolbu lil Mulej jieħu ħsiebna.


L-Aċisqof kien qed jiċċelebra l-quddiesa tal-Ħadd mill-kappella tal-Providenza li tinsab fil-limiti tas-Siġġiewi.

Huwa qal li l-kwadru oriġinali tal-Madonna tal-Providenza li jinsab fil-knisja parrokjali tas-Siggiewi jġieb l-anġli jġorru frott l-art. Mons. Scicluna qal li fuq l-istess simboliżmu nbniet id-dar tal-Providenza li teżisti biss minħabba l-għożża u l-providenza tal-poplu Malti.

Dwar it-tema tal-evanġelu tal-lum, Sciclina qal li wieħed iwiddeb lil ħuh hu sinjal ta’ imħabba. Huwa qali twiddeb tfisser li jimpurtak mill-proxxmu u ma tkunx qed jilħaqlu salibu. Huwa qal li jekk wieħed ma jkunx irid jisma’ minnek, tirrispetta l-għażla tiegħu mingħajr ma taqta’ qalbek minnu.


“Id-dover tagħna li nwiddbu jridu nagħmluh b’umiltà, ħafna paċenzja u imħabba imbagħad kulħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu,” stqarr Mons. Scicluna