Unjins fil-Greċja jopponu miżuri t’awsterità

Fil-Greċja, ħaddiema għamlu protesta fit-toroq kontra l-miżuri t’awsterità, fl-ewwel dimostrazzjoni minn kemm ilu li reġa’ rebaħ l-elezzjoni l-partit tal-Prim Ministru Alexis Tsipras.
Il-protesti affettwaw is-servizz pubbliku kollu u t-trasport pubbliku, u f’xi ħinijiet kienu anke vjolenti.
Meta l-UE tat €86 biljun f’self, il-Gvern Grieg qabel li jgħolli t-taxxi u jdaħħal tnaqqis tal-ispiża pubblika.
Il-Parlament Grieg diġà vvota biex jgħolli l-età tal-irtirar, jelimina ċerti benefiċċji tal-irtirar u neħħa r-rata mraħħsa ta’ taxxa f’ċerti gżejjer.
Issa l-unjins prinċipali qed joġġezzjonaw għat-tnaqqis tal-pensjoni supplimentari u li l-fondi statali tal-pensjonijiet isiru fond wieħed.