Università Amerikana f’Malta: Wieħed mill-ftehimiet iffriżat wara tħassib – rapport

Facebook - American University of Malta

Read in English.

Ftehim li ġie ffirmat f’Marzu li għadda bejn l-Università Amerikana f’Malta (AUM) u l-Arkansas State University (ASU) ġie ffriżat peress li qam tħassib dwar it-tkeċċija ta’ kważi l-għalliema kollha tal-AUM is-sena l-oħra.

Skont l-Arkansas Democrat Gazette, il-ftehim li ġie ffirmat xhur ilu fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qed jiġi skrutinzzat bħalissa.

Skont il-ġurnal, l-ftehim qajjem mistoqsijiet fost l-għalliema tal-ASU li kienu mħassba dwar it-tkeċċija tal-ħaddiema tal-AUM. Is-sena l-oħra, l-AUM kważi keċċiet il-membri tal-fakultà kollha tagħha – wieħed biss baqa’ jaħdem hemm.

Il-president tas-senat tal-fakultà tal-ASU Loretta Neal McGregor temmen li mistoqsijiet ġew imwieġba u qalet li twaqqaf kumitat ta’ 16-il persuna li se jkun qed janalizza ftehimiet internazzjonali. Dan jinkludi dak mal-AUM f’Malta. Aktarx il-ftehim jiġi skrutinzzat din il-ġimgħa. Intqal li kienet l-università f’Malta li għamlet kuntatt mal-ASU dwar possibilità ta’ kollaborazzjoni.

Il-Kanċillier tal-ASU Kelly Damphousse qalet li skopriet bl-intoppi tal-AUM wara li ffirmat il-ftehim. Fost l-oħrajn, skont rapporti fil-midja bejn l-2017 u l-2018 kien hemm biss 23 jistudjaw fl-AUM. Fl-2019, l-AUM qalet li għandha madwar 100 student.

L-AUM mhix università Amerikana. Is-sid tagħha hija kumpanija tal-kostruzzjoni mill-Ġordan.

Skont l-Arkansas Democrat Gazette kien hemm universitajiet oħra fl-Istati Uniti li ma aċċettawx ftehim mal-AUM wara li rċevew kritika. Però, ġie rrappurtat li kien hemm inqas każijiet minn dawn illum il-ġurnata.

“4 sulari oħra għall-AUM ta’ detriment għall-madwar” – PA; deċiżjoni f’Settembru

Membri tal-fakultà tal-ASU kienu mħassbin dwar żewġ punti prinċipali. Waħda li l-ftehim seta’ jinvolvi programm akkademiku li l-AUM m’għandhiex, però wara saru jafu li l-AUM kellha dan il-programm.

Kienu wkoll mħassbin dwar is-selezzjoni tal-ħaddiema fl-AUM.

Skont The Malta Independent, in-numru ta’ studenti li għandha l-AUM se jibqa’ misteru sa’ Ottubru.

Is-sena l-oħra skont rapporti fil-midja lokali madwar 12-il għalliem u ħaddiem ieħor tkeċċew mill-AUM. Hu mifhum li l-ħaddiema ġew infurmati li tkeċċew permezz ta’ imejl mingħajr ma ngħataw raġuni.

Aktar inkwiet għall-Università Amerikana f’Malta

Il-gazzetta Times of Malta rrappurtat li l-AUM ippruvat tpoġġi sarima ma’ ħalq l-għalliema u l-ħaddiema li keċċiet, billi heddithom b’azzjoni legali jekk jitkellmu.

Ikomplu l-problemi għall-Università Amerikana f’Malta

Is-sena l-oħra l-Kummissjoni Ewropea kienet tinsab imħassba dwar il-kwalità tal-istandards edukattivi mogħtija mill-Università Amerikana ta’ Malta.

L-UE mħassba dwar l-istandards tal-Università Amerikana