Universal Children’s Day b’differenza f’Għawdex

Biex jinġabru fondi għal Puttinu Cares ġiet organizzata World Children’s Day b’differenza f’Għawdex.
Għall-ewwel darba l-iskejjel kollha ta’ Għawdex, kemm tal-Gvern u kemm tal-Knisja, ingħaqdu flimkien u organizzaw uniform-free day.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ Puttinu u l-karattri tan-nannu u n-nanna, żar diversi skejjel f’Għawdex u seta’ jara u jieħu sehem fid-diversi attivatijiet li ġew organizzati biex jinġabru fondi għal dan il-għan nobbli.
Huwa rringrazzja lit-tfal għall-ġenerożità tagħhom, filwaqt li spjega kif dawn il-flus se jintużaw biex tingħata l-għajnuna lil tfal oħra.
Is-somma li  se tinġabar se tingħata waqt Quddiesa li se ssir f’Ta’ Pinu fil-11 ta’ Diċembru,  li se tkun ċelebrata mill-Isqof Mario Grech.
Il-Ministru rringrazzja lill-kulleġġ ta’ Għawdex, kif ukoll lill-Kurja għas-sapport u l-għajnuna biex din l-attività setgħet issir u tkun suċċess.
Din l-attività kienet organizzata mill-Kumitat Milied f’Għawdex, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Ritratt: MGOZ – George Scerri